Read in English.
Malta ma rreġistrat ebda każ ġdid ta’ coronavirus mill-aħħar 567 test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook.
Intant fieqet persuna oħra.
Fuq Facebook il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li huwa sodisfatt li filwaqt li llum tintemm uffiċjalment l-emerġenza tas-Saħħa Pubblika, Malta reġistrat ir-raba’ ġurnata mingħajr każi ġodda.
“Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr il-ħidma bla waqfien tal-entitajiet kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa,” qal Fearne.