Ebda informazzjoni dwar il-150 aġenzija liċenzjati li jbigħu ċ-ċittadinanza

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żvela fil-Parlament li hemm aktar minn 150 aġenzija akkreditata minn Identity Malta biex ibigħu l-programm taċ-ċittadinanza b'investiment (IIP). 
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Prim Ministru qal li minħabba raġunijiet ta' privatezza u protezzjoni tad-data, l-informazzjoni marbuta mal-applikazzjonijiet li ssottomettew kull waħda minn dawn l-aġenziji ma tistax tingħata.