​Ebda immigrant irregolari fl-2016

Fl-2016, sa llum, ma daħal Malta ebda immigrant irregolari.
Dan joħroġ minn tweġiba mogħtija mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Schembri.
Skont ċifri ppubblikati fil-Parlament, fl-aħħar disa’ snin, l-iktar li daħlu l-immigranti kien fl-2008 meta daħlu 2,770.
Għajr għall-2016, l-inqas numru kien ta’ immigranti rregolari li daħlu Malta kien ta’ 46  li daħlu fl-2010.
L-istatistika turi xejra l-isfel fl-għadd ta’ dħul ta’ immigranti rregolari mill-2012 l’quddiem, Fl-2014, l-għadd kien niżel għal 590 waqt li s-sena l-oħra kien hemm 60 daħlu Malta immigrant irregolari.
Dan it-tnaqqis sarraf ukoll fi tnaqqis fl-għadd ta’ immigranti irregolari miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi. Minn Jannar sal-31 t’Awwissu 2016, l-għadd kien ta’ 57 immigrant.