Ebda ftehim bejn ir-Russja u Ċipru dwar self ta’ flus

Ir-Russja għalissa mhijiex disponibbli toffri l-għajnuna tagħha lil Ċipru. Dan billi r-Russja kienet se tagħlaq xi rabtiet ta’ negozju ma’ Ċipru. Dawn ir-rabtiet kienu se jservu ta’ aktar għajnuna finanzjarja għal Ċipru.

It-taħdidiet bejn l-uffiċjali Russi u l-Gvern ta’ Ċipru ntemmu ftit tal-ħin ilu mingħajr ftehim ta’ negozju. Dan in-negozju kien se jgħin aktar sabiex Ċipru tiżgura s-self mogħti mill-UE. Proposta waħda li tressqet quddiem għad-diskussjoni kienet li l-investituri Russi jiżviluppaw ir-riservi tal-gass naturali tal-pajjiż. L-investituri Russi ma kinux interessati fil-pjani proposti mill-Ministru tal-Finanzi ta’ Ċipru.

Proposta oħra kif ir-Russja setat tgħin lil Ċipru kienet billi temenda t-termini ta’ self eżistenti ta’ €2.5 biljun lil Ċipru. Ir-Russja ukoll m’aċċettatx dan in-negozjar għalhekk it-taħdidiet intemmu fuq nota negattiva.