Ebda ‘encroachment’ jew titlu legali għal art f’San Blas

Il-Gvern ma ta ebda encroachment jew ebda titlu legali għal art fl-inħawi tal-bajja ta’ San Blas fin-Nadur, Għawdex, li dan l-aħħar kienet f’rapporti fil-gazzetti.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, responsabbli mill-MEPA, fil-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari llejla sostna li jekk kien hemm irregolarità f’dan il-każ, ittieħdu l-passi u nħareġ l-avviż ta’ infurzar li kien hemm bżonn.
Qal ukoll li l-Parlament m’għandux jibbaża argumenti tiegħu fuq dak li jidher fl-ewwel paġni tal-gazzetti filwaqt li ppreċiża li l-Kap Eżekuttiv tal-MEPA li dwaru saru allegazzjonijiet, kien fil-bajja minħabba attività marbuta mal-preċett tat-tifel tiegħu.