“Ebda elezzjoni m’għandha tnaqqas mill-kura u dinjità lill-pazjent”

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li mhux veru li hemm waiting list għal min għandu bżonn xi intervent relatat ma kanċer. Dan b’referenza għal dak li qal il-kelliem għall-Oppożizzjoni Karmenu Vella waqt il-programm Bondi+.

Żied li deċiżjonijiet ta’ meta ssir l-operazzjoni jittieħdu mill-professjonisti għaliex mhux kull intervent jista jsir malajr kemm ikun mixtieq mill-pazjent. Dan minħabba li l-professjonisti jkunu jridu jaċċertaw li l-pajzent ikun jiflaħ għall-intervent jew kura li tkun se tingħata.

Temm jgħid li ebda elezzjoni m’għandha tnaqqas mid-dover li jingħataw kura u dinjità lill-pazjent.