Ebda dettalji dwar iż-żjara tal-eks Kummissarju tal-Pulizija fl-Italja b’jet privat

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ma ta l-ebda dettalji dwar żjara li għamel l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit fl-Italja fit-2 ta’ Marzu ta’ din is-sena, u kkwota “raġunijiet ta’ sigurtà”.
Iż-żewġ Mistoqsijiet Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kienu dwar ir-raġuni taż-żjara fuq xogħol u x’kienet ir-raġuni għaliex iż-żjara saret permezz ta’ jet privat.
It-tweġiba, li nqrat mill-Ministru Chris Cardona f’isem il-Ministru Mallia, kienet tgħid biss li “mhux prassi li tingħata informazzjoni dwar żjarat ta’ din ix-xorta minħabba raġunijiet ta’ sigurtà”.