Ebda azzjoni mill-Pulizija dwar il-pannelli “pornografiċi”

Il-Pulizija ma ħadet ebda azzjoni dwar pannelli informattivi li twaħħlu f’Buġibba u l-Qawra u li minflok jagħtu informazzjoni lit-turisti, spiċċaw jintużaw minn tfal għall-pornografija.
Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia qal li sat-12 ta’ Lulju, sa meta ġew konklużi riċerki mal-għases tal-Pulizija tal-Qawra u ta’ San Pawl il-Baħar, ma kien hemm l-ebda rapport fuq il-materja u għalhekk ma setgħu jittieħdu l-ebda passi.