EasyJet iġġorr il-miljun passiġġier bejn Malta u Londra

Illum EasyJet iċċelebrat il-miljun passiġġier li ġarret bejn Malta u l-ajruport ta’ Gatwick f’Londra.
Din il-linja tal-ajru nediet is-servizzi tagħha f’Malta f’Marzu tal-2008.
Fl-ewwel 12-il xahar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-EasyJet ġarret aktar minn 200,000 passiġġier. Issa qed iġġorr 320,000 passiġġier kull sena lejn Gatwick, Manchester, Newcastle, Belfast, Fiumicino, Milan Malpensa u Napli.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Alan Borg qal li fl-aħħar seba’ snin l-EasyJet kabbret il-konnettività ta’ Malta lejn ir-Renju Unit u l-Italja.