Earth Hour: Illejla jintfew id-dwal tas-swar għal siegħa

Bħala parti mill-attivitajiet internazzjonali ta’ Earth Hour, illejla se jintefa d-dawl tas-swar tat-Tlett Ibliet, tal-madwar il-Valletta Waterfront u taċ-Ċittadella f’Għawdex.
Dawn se jintfew għal madwar siegħa bejn it-8.30pm u d-9.30pm, bil-għan li tkompli titqajjem kuxjenza dwar il-bdil-fil-klima  u dwar il-bżonn tal-użu tal-enerġija b’mod responsabbli u tnaqqis tal-emissjonijiet.
Il-pubbliku hu mħeġġeġ jieħu sehem fl-attivitajiet li se jsiru fejn se ssir formazzjoni ta’ 60+ bix-xemgħat, li hu s-simbolu ta’ Earth Hour.