€9 miljun f’multi ma jitħallsux lil-LESA

Read in English.

Iktar minn €9 milljun f’multi għadhom iridu jinġabru mill-Local Enfocement Services Agency (LESA) għall-perjodu bejn 1 ta’ Ottubru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2019. Dan ħareġ mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO).

L-Erbgħa l-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, ir-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali dwar il-fondi pubbliċi għall-2019.

F’dan ir-rapport l-awditur ġenerali tkellem dwar il-fatt li LESA għandha kontroll limitat dwar ikif tista’ tiġbor il-multi pendenti. L-iskop ewlieni li għalih sar dan l-awditjar huwa biex tiġi evalwata kemm huma adegwati l-proċeduri li jinsabu fis-seħħ sabiex jinġabru l-multi li jingħataw u jekk hux qed jiġu mħallsa fiż-żmien stipulat kif ukoll jekk il-qligħ hux qed ikun imniżżel kif suppost. Dwar dan saru numru ta’ laqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-LESA u ma’ persuna oħra sabiex jiġu diskussi l-proċeduri relevanti li hemm fis-seħħ.

L-NAO talab għall-informazzjoni dwar il-kontravenzjonijiet li saru fil-pajjiż kollu fil-perjodu ta’ bejn 1 ta’ Ottubru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2019. Wara li ġabar din l-informazzjoni saru testijiet dwar kemm tħallsu multi, kemm ġew ikkanċellati, kemm tneħħew multi u dħul ieħor ta’ flus.

F’dan ir-rapport l-NAO qal li l-iskop ta’ dan l-awditjar kien limitat minħabba li t-talbiet tal-klijenti għas-servizz ta’ uffiċċjali fil-kotroll tat-traffiku mhux dejjem kien imniżżel. L-NAO sab li kien hemm xi sigħat li għalihom il-LESA talbet li titħallas iżda ma qablux mat-talba rispettiva. L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali talab spjegazzjoni dwar dan fl-4 ta’ Diċembru 2019 iżda sa nofs Awwissu 2020 kien għadu ma ngħatax risposta.

Ikkanċellati bi €73,354 kontravenzjonijiet

L-NAO sab li matul 2019 ġew ikkanċellati bi €73,354 kontravenzjoni. L-Awdiur Ġenerali sab li t-talbiet u l-awtorizzazzjoni dwar l-ikkanċellar ta’ dawn il-kontravenzjonijiet inżammu biss f’sensiela ta’ emails fuq il-kompluters personali u ma kinux ippreżentati.

It-tmexxija tal-LESA qalet li d-dettalji ta’ dawn il-kontravenzjonijiet ikkanċellati huma miżmuma għand diversi sorsi kemm mil-LESA kif ukoll minn min jipprovdi s-servizz.

Il-LESA tesperjenza diffikultajiet biex tiġbor il-multi pendenti

L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali rrimarka li l-aġenzija għandha diffikultajiet biex tiġbor multi li huma pendenti. Żied li iktar minn €6 miljun f’multi ilhom pendenti għal iktar minn sena.

L-NAO issuġerixxxa li l-aġenzija għandha tanalizza s-sitwazjoni u tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex isiru taħditiet mal-ministeru kkonċernat u tibda tittieħed azjoni iktar stretta.

Multi pendenti u ftehim dwar il-ħlasijiet

L-NAO sab li 3.25% biss tal-kontravenzjonijiet tat-traffiku pendenti sar ftehim biex il-multi rispettivi jitħallsu bin-nifs.

Sal-31 ta’ Diċembru 2019 permezz ta’ dan il-ftehim tkoprew madwar €257,375 minn  €7,929,291 f’multi pendenti li jinkludu ħlasijiet ta’ ħlas tard u penali.

L-NAO żied li għadha trid tingħata spjegazzjoni dwar dan l-ammont sostanzjali mhux imħallas minħabba li l-liċenzji tal-vetturi bil-mutur mhux suppost jiġġeddu sakemm ma jkunux tħallsu l-multi pendenti jew inkella jkun hemm ftehim biex dawn il-multi jitħallsu bin-nifs.

Ġie rrakkomandat ukoll li LESA u Transport Malta għandhom jindirizzaw b’mod konġunt il-problema dwar il-kontravenzjonijiet li jibqgħu pendenti sabiex jiżguraw li dawn jitħallsu fil-ħin.