Multa ta’ €850 għal 7 grammi kannabis

Raġel li kien għadu kif wasal minn Sqallija weħel multa ta’ €850 wara li nqabad b’7g kannabis.

Il-pulizija kienet għaddejja b’tfittxija ta’ rutina, meta Sebastiano Fonte ta’ 41 sena minn Sirakuża nqabad bid-droga.

Huwa tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat li importa 7g kannabis u kellu d-droga fil-pussess tiegħu.

Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

Il-Qorti ordnat li d-droga li nstabet tiġi meqruda filwaqt li huwa weħel multa ta’ €850 li għandha titħallas b’mod immedjat.

Għall-akkużat deher l-avukat Joseph Bonnici.