€80,000 għal servizz ta’ veterinarju b’xejn

Miguela Xuereb

L-Organizazzjonijiet mhux Governattivi u s-santwarji tal-annimali se jibdew jieħdu s-servizzi veterinarji b’xejn. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, miżura li għaliha kienu allokati €80,000 fil-badġit tal-2018.

Huwa qal li fil-preżent hemm 11-il Organizazzjoni li b’kollox qed jieħdu ħsieb ‘il fuq minn elf annimal. Il-Perit Camilleri qal li kull kelb jew qattus se jkun qed jingħata €40 u €160 għal kull żiemel. Il-fondi se jkunu qed joħorġu b’mod immedjat ladarba l-informazzjoni provduta mis-santwarji tkun iċċertifikata li hi korretta.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Organizazzjonijiet se jkollhom allokat somma flus skont kemm għandhom annimali u din l-informazzjoni se tkun ivverefikata mad-database tal-microchip.