Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna llejla ħabbar li din is-sena se jinbeda l-proċess għal ċekkjatur (spellchecker) tal-Malti għall-użu onlajn. Dan huwa stmat li se jiswa mat-€8 miljun.
Filmat: Iċ-ċekkjatur għadu ma ħariġx, għax jista’ jiswa sa €9m – Bartolo
Il-Gvern se jgħin biex jinħoloq ċekkjatur għall-Malti
Miżuri oħra fil-qasam tal-edukazzjoni:
· Proġett pilota tat-tablets fi skejjel medji
· Investiment ta’ €7 miljun fl-infrastruttura fl-Università ta’ Malta u tal-MCAST
· Il-familji jiffrankaw medja ta’ €700 għal kull wild bis-servizz tat-trasport kollettiv b’xejn.
· Massimu ta’ €850 lil kull żagħżugħ/a li jitgħallmu lingwa barranija f’pajjiż ieħor
· Tfassil ta’ qafas ta’ gwida dwar il-piż tal-basktijiet tal-istudenti
· Tfassil ta’ pjan li bih l-iskejjel tal-istat ikunu provduti bi drinking water fountains
· Mistenni jibda x-xogħol fuq il-kostruzzjoni ta’ kampus tal-ITS fi Smart City. Il-kampus se jkun jinkludi wkoll lukanda li se tkun qed titmexxa mill-istess studenti ta’ dan l-Istitut.
· Investiment fil-konservazzjoni, ir-restawr u l-immodernizzar tal-bini storiku tal-Bibljoteka Nazzjonali.
· Se jinbeda l-proċess biex jitneida proġett ta’ indiċi diġitali tal-kotba, dokumenti u manuskritti fil-Bibljoteka Nazzjonali, biex ikunu jistgħu jiġu aċċessati onlajn.