€8.44 għal kull immigrant kuljum

Il-Gvern qed jonfoq €8.44 ta’ kuljum sabiex imantni immigrant irregolari li hemm jgħixu fiċ-Ċentru tad-Detenzjoniji f’Ħal Safi. Bħalissa hemm total ta’ 12-ill immigrant jgħixu hemm. Dan qalu l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari tad-deputat Etienne Grech.

Il-Ministru Farrugia spjega li l-ispiża tinqasam fuq żewġ kategoriji. L-ikel jiswa lill-Gvern total ta’ €6.20, €1.48 għall-kolazzjon, €1.83 għall-ikla ta’ nofsinhar u €2.89 għall-pranzu. Il-prezzijiet jinkludu wkoll il-VAT. Min-naħa l-oħra il-bżonnijiet sanitarji jiswew lill-Gvern €2.24 kuljum, 60 ċenteżmu għas-sapun, €1.50 għax-xampù u 14-il ċenteżmu għall-karta iġenika, inkluż il-VAT.

Spejjeż oħra tal-Gvern jinkludu servizzi tat-telefon permezz ta’ tessera, ilma u elettriku, televiżjoni, għamara, xogħol ta’ manutenzjoni, ħwejjeġ, trasport, impjegati, servizzi mediċi, servizzi ta’ infermieri, skips, pest control, servizz ta’ tindif u tgħamir bħas-CCTV.