17-il sodda oħra għal tfal fil-bżonn

Ritratt: DOI - Pierre Sammut

Read in English.

Ġie ffirmat ftehim ta’ finanzjament bejn il-Gvern u s-Salesjani ta’ Don Bosco. Dan il-ftehim jiggarantixxi finanzjament ta’ €720,000 fuq medda ta’ tliet snin.

Ma’ Newsbook.com.mt, uffiċjal għall-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali spjega kif il-Ministeru se jagħti din l-għajnuna finanzjarja lill-Fondazzjoni billi jħallas għal servizzi u prodotti li l-fondazzjoni titlob l-għajnuna għalihom.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon spjega kif permezz tal-Aġenzija Apoġġ, se jiġu pprovduti għaxar sodod f’Dar Osanna Pia u seba’ sodod f’Dar Mamma Margherita, f’Tas-Sliema.

Il-Fondazzjoni reliġjuża Don Bosco tagħmel ġid fil-komunità speċjalment ma’ tfal u adoloxxenti. Il-Fondazzjoni tilqa’ fir-residenzi tagħha tfal li għal xi raġuni jkollhom jittieħdu mill-kustodja tal-ġenituri. Fir-residenzi huma jingħataw imħabba u ambjent ospitabbli.