€7 biex jiġu Malta wara Brexit

Jekk il-Brexit jidħol fis-seħħ, il-Brittaniċi se jkollhom iħallsu €7 biex ikunu jistgħu jidħlu Malta. Din il-miżata tidħol fis-seħħ fl-2021 hekk kif il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea ma jibqgħux fis-seħħ.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Brittaniċi jridu jimlew applikazzjoni qabel ma jkunu jistgħu jsifru kullimkien fl-Unjoni Ewropea li sservi għal tliet snin. Din l-applikazzjoni ddum timtela madwar 10 minuti u huwa mistenni li madwar 95% ta’ dawk li japplikaw ikollhom rispons pożittiv b’mod immeddjat.

Dawn id-dettalji jinkludu, informazzjoni tal-passaport, mistoqsijet ġenerali fuq il-persuna kif ukoll rekords kriminali jew xi kundizzjonijiet mediċi.

Din l-aħbar tista’ tfisser żieda fl-applikazzjonijiet għall-passaport Malti mill-Brittaniċi.

Il-Ministru Nicola Sturgeon ma taqbilx m’ dan il-prinċipju u qalet li jekk Brexit tidħol fis-seħħ li jsifru b’mod liberu fl-Unjoni Ewropea mhux se jibqa’ dritt.