€5,758 għall-manutezjoni ta’ każin tal-banda fil-Birgu

manutezjoni każin banda Birgu
DOI - Kevin Abela

Ġie ppreżentat ftehim li se jagħti €5,758 lis-Soċjetà Mużikali San Lawrenz fil-Birgu sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw parti mix-xogħol tagħhom ta’ manutenzjoni fil-każin.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima sostna li huwa fid-dmir tal-Gvern li jagħti appoġġ materjali lill-għaqdiet volontarji.

Dan il-fond partikolari qed jopera sabiex jiffinanzja proġetti li hemm bżonn jiġu mwettqa minn organizzazzjonijiet volontarji li jkollhom bżonn appoġġ emerġenza. Il-fond jopera f’sitwazzjonijiet li jistgħu jew iwaqqfu l-ħidma tal-organizzazzjoni volontarja li hija essenzjali għall-komunità, jew fejn voluntiera u benefiċjarji jistgħu jkunu f’riskju.

Fl-istqarrija ġie spjegat li meta organizzazzjoni tiġi f’din is-sitwazzjoni, tista’ tagħmel każ mal-Ministeru li, wara parir tekniku, jista’ jikkunsidra appoġġ finanzjarju sħiħ jew parzjali taħt dan il-fond.

Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz se tkun qed tagħmel xogħol fuq partijiet mill-każin li jinkludi bini ta’ ċinta tal-bejt u t-tneħħija ta’ li hemm, bini ta’ opra morta fuq it-turretta u bini u restawr t’appoġġ.