€57 miljun droga maqbuda mid-Dwana

Is-sena li għaddiet, id-Dwana ta’ Malta għamlet qabdiet rekord ta’ droga meta l-valur tat-triq tad-droga maqbuda kien ilaħħaq is-€57.5 miljun. Id-droga kienet tikkonsisti f’184.6 kilo kokaina, u 15,922 kilo kannabis. Fl-2014 ġew ikkonfiskati 818-il kilo droga, li 810 kilo minnhom kienet Khat.

L-istatistika tal-valur bdiet tinżamm mill-2016. Din is-sena diġà nqabdu 1.34 kilo tal-kannabis.

L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.