“€56m tal-IIP għall-Housing, Puttinu u Mater Dei” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ftit anqas minn €56 miljun li l-Gvern daħħal mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment l-IIP se jmorru fil-fond tal-inizjattivi soċjali, li jinkludu investimenti fil-housing soċjali, għal Puttinu Cares kif ukoll għas-sezzjoni tal-Kardjoloġija tal-Isptar Mater Dei.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija li tressqet mill-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia, il-Prim Ministru semma li €50 miljun se jkunu allokati għall-housing soċjali, €5 miljuni għall-għaqda Puttinu Cares, u ftit inqas minn €1 miljun għal Mater Dei.

Il-Prim Ministru ta rendikont ukoll ta’ kif qed jiġu investiti l-€444 miljun li daħħal il-Gvern mill-istess programm ta’ ċittadinanza fejn qal li nofshom huma depożitati f’kontanti mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Spjega kif mal-€100 miljun oħra marru biex jiffinanzjaw il-portafoll diskrezzjonali mal-Bank Ċentrali ta’ Malta, filwaqt li l-kumplament tad-dħul li jammonta għal kważi €132 miljun oħra, mar f’portafoll ta’ investimenti lokali.