€56,000 f’reklamar onlajn għall-Baġit 2020

Read in English.

Ftit anqas minn €56,000 nftequ f’reklamar fuq il-mezzi soċjali biex jiġi rreklamat il-baġit 2020.

Dawn il-figuri ġew preżentati mill-Prim Ministru Robert Abela għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Abela spjega li t-total mingħajr VAT kien ta’ €55,789.

Il-Prim Ministru kkonferma li l-figuri jinkludu n-nefqa biex jiġu kkreati l-filmati, l-editjar u l-immaniġjar tad-data kif ukoll ir-reklami fuq Facebook u Google.