€50,000 għall-annimali f’Għawdex

MGOZ: Terry Camilleri

Tħabbar investiment ta’ €50,000 għas-sezzjoni tal-Animal Welfare f’Għawdex.

Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana f’konferenza tal-aħbarijiet, meta żaret iċ-ċentru fejn qed isir xogħol estensiv.

Il-Ministru Caruana qalet li minħabba żieda fin-numru ta’ telefonati lil din is-sezzjoni, li telgħu għal 530 telefonata fl-2017, inħasset il-ħtieġa li jsir investiment kapitali.

Semmiet li nxtrat ambulanza ġdida u aktar moderna, inbniet struttura ġdida li tilqa’ lill-annimali abbandunati, u sar investiment fir-riżorsi umani.

Il-Ministru qalet li għaddejja diskussjoni dwar ir-razzett esperimentali tax-Xewkija biex jintuża aħjar fis-settur agrikolu u fil-ħarsien tal-annimali.