Read in English.
Propju €5,786 li nġabru mill-bazaars fir-Reception Area tal-Isptar Mater Dei qed imorru primarjament sabiex jiżdiedu attivitajiet ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-Isptar.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn spjega li l-ammont huwa total ta’ kemm daħlu flus b’kollox minn Ottubru tal-2016 sal-lum.
Spjega li l-flus daħlu minn attivitajiet li jinvolvu bejgħ ta’ oġġetti artiġjanali Maltin u ġew depożitati fil-kont tal-Isptar.
Il-Ministru Fearne kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi.