€4,000 inġabru għal Dr Klown mill-parteċipanti kollha tal-Miss World Malta; imħabbra wkoll it-titli l-oħra

Ir-rebbieħa ta' Miss Malta 2019 Nicole Vella mal-ġenituri tagħha Matthew Vella u Debbie Scerri. Ritratt: Stefan Stafrace Photography Ritratt: Stefan Stafrace Photography

Is-somma sabiħa ta’ €4000 inġabret bejn is-26 kontestanta tal-Miss World Malta li saret ilbieraħ ġewwa Pjazza Tetaru Rjal bi preżentazzjoni ta’ Keith Demicoli u Sarah Agius. Il-flus se jmorru għal Dr. Klown, l-għaqda volontarja li tgħin u tferraħ tfal morda.

Għas-serata tal-bieraħ tal-Miss World Malta, Nicole Vella rebħet it-titlu rebbieħ u għaldaqstant id-dritt li f’Diċembru li ġej tkun fost il-150 parteċipanti fid-69 edizzjoni tal-Miss World Malta, li jkollu udjenza ta’ 2.5 biljun.

Il-konkors tal-Miss World Malta ilu jsir minn l-1965 iżda din hija t-23 edizzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja f’isem Modelle International, li huma liċenzjati minn Miss World Jersey Ltd.

Diversi tfajliet ġew mogħtija diversi titli. Nicole Vella, bint il-kantanta Debbie Scerri, mhux biss rebħet it-titlu rebbieħ iżda wkoll il-Best Physique u Face of Golden Rose.

Nicole Vella għall-Miss World; tirrappreżenta lil Malta fit-Tajlandja fid-19 ta’ Diċembru

Fit-tieni post tal-kompetizzjoni kien hemm Natalya Galdes, li rebħet ukoll it-titlu ta’ Miss Personality.

Fit-tielet post Lara Maria Camilleri, rebbieħa wkoll għat-titlu Beauty With A Purpose, dedikat lil Dr. Klown.

Sue Rossi u Claudia Calleja minn Modelle International flimkien mar-rebbieħa ta’ Miss World malta 2019. Ritratt: Walter Sargeant

It-titlu Beauty With A Purpose li din is-sena kien dedikat għal Dr. Klown ingħata lil Lara Maria Camilleri.

Aktar titli rebbieħa kienu dawk ta’ Best Effort minn Daphne Zammit filwaqt li Francesca Attard rebħet il-Best Beautiful Hair by Vitality.

Laura Falzon rebħet it-titli tal-People’s Choice Awards li ġie vvuttat waqt il-programm Gateway to Miss World li kien qed jixxandar nhar ta’ Tlieta fuq ONE.