€4,000 fl-ewwel sigħat tal-maratona fuq 103

Aktar minn €4,000 inġabru fl-ewwel seba’ sigħat minn 30 siegħa f’maratona ta’ xandir b’risq id-Dar tal-Providenza li Arthur Caruana qed jagħmel fuq 103 Malta’s Heart.

Il-maratona bdiet fis-6am u mistennija tiġi fi tmiemha s-Sibt f’12pm. Il-maratona ta’ 30 siegħa kontinwa xandir hija mżewqa bil-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ bands u kantanti kif ukoll il-preżentaturi ta’ 103 FM. 

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza rringrazzja lil kull min qed jagħti d-donazzjonijiet tiegħu kemm waqt il-maratona kif ukoll tul is-sena kollha.

Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità żar l-istudios ta’ 103 u  rringrazzja x-xogħol kollu li jsir mid-Dar tal-Providenza u faħħar l-inizjattiva li qed issir minn 103FM, propju fil-ġimgħa tal-persuni b’diżabiltà.  

Kompli segwi live fuq 103.mt 

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni tista’ tibgħat SMS fuq 5061 8922 għal donazzjoni ta’ €7 jew iċċempel fuq 51802014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25.