€4 miljun għal sistemi aħjar ta’ drenaġġ

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed tinvesti €4 miljun f’sistemi u teknoloġiji aktar avvanzati għad-drenaġġ.

Dan tħabbar bħala parti mill-proġett ‘Net Zero Impact Utility’ tal-Korporazzjoni stess, bil-fondi se jkunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija ġie spjegat li t-teknoloġija se tiffaċilita r-retrofitting ta’ pjanti eżistenti sabiex twassal għal titjib fil-mod kif jiġi trattat id-drenaġġ biċ-ċans li jitnaqqsu l-irwejjaħ u l-użu tal-kimiċi u elettriku.

L-iżvilupp se jwassal għall-opportunitajiet ġodda għall-produzzjoni ta’ new water. Il-proġett huwa parti minn strateġija akbar b’investiment ta’ €35 miljun għal aktar żviluppi.

Il-Korporazzjoni talbet sabiex il-pubbliku jieħu ħsieb x’jarmi fis-sistema tad-drenaġġ u għaldaqstant talbet sabiex jekk se jintrema toilet paper, dan għandu jkun degradabbli.