Filmat: €38,000 għall-NGOs fis-settur tas-salvataġġ

Read in English.

Il-Ministru Byron Camilleri ppreżenta aktar minn €38,000 f’għotjiet lil seba’ entitajiet fis-settur tas-salvataġġ.

Il-Ministeru għall-Intern kompla jsaħħaħ il-kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji li jaħdmu fis-settur tas-salvataġġ.

“Nappoġġaw lil dawn l-NGOs u anke nsostnuhom biex iwettqu iktar proġetti. Jiena nħeġġeġ lin-nies jersqu lejhom u jagħtu ftit ħin volontarjat. Dan għax il-ħidma fi ħdanhom tagħti sodisfazzjon kbir,” qal il-Ministru Camilleri.

F’taħdita mal-Ministru Byron Camilleri, rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tkellmu dwar il-ħidma li jwettqu u kif irnexxielhom jiffaċċjaw din is-sena, li kienet waħda partikolari minħabba l-pandemija.

Sa ftit snin ilu kienet entità waħda li kienet tieħu din it-tip ta’ għajnuna iżda llum din l-għajnuna qed tinfirex iktar.

Il-Ministru Camilleri qal li kienet tassew okkażjoni sabiħa fejn iltaqa’ ma’ għaqdiet volontarji li jagħtu sehem fl-oqsma tas-salvataġġ u l-ewwel għajnuna, fost l-oħrajn.

Il-Prim Ministru żar l-istazzjon tat-tifi tan-nar
Filmat: Il-PM isejjaħ lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bħala eroj