€300,000 miġbura għall-karità permezz tal-Festival ta’ Gratitudni u Ispirazzjoni ta’ Malta Together

Read in English.

Il-Festival ta’ Gratitudni u Ispirazzjoni ta’ Malta Together ixxandar il-Ħadd 3 ta’ Mejju bħala ringrazzjament lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa kif ukoll lill-persuni oħra u voluntiera li jinsabu fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-isfidi mediċi u soċjali miġjuba mill-COVID-19.

Il-festival tefa’ dawn fuq il-ġenerożità kbira tal-komunitajiet lokali u barranin f’Malta. Fil-ġranet ta’ qabel l-avveniment, bosta kumpaniji u individwi ntalbu jappoġġjaw numru ta’ inizjattivi eċċezzjonali li qed isiru fil-pajjiż f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Diversi għaqdiet volontarji madwar il-pajjiż, li bħalissa qed jaħdmu qatigħ biex jgħinu l-aktar persuni fil-bżonn, jiddependu mid-donazzjonijiet. Filwaqt li riċentement il-pandemija tal-COVID-19 wasslet biex il-finanzjament tagħhom spiċċa fix-xejn, huma kellhom iżidu l-attivitajiet tagħhom hekk kif bosta persuni vulnerabbli ġew bżonn l-għajnuna.

Permezz tal-isponsors u dawk kollha li taw donazzjonijiet għal dan il-festival, inġabru aktar minn €300,000 għal disa’ inizjattivi eċċezzjonali: Richmond Foundation, Inspire Foundation, Malta Trust Foundation, Foodbank Lifeline Foundation, St Jeanne Antide Foundation, Jesuit Refugee Service, Victory Kitchen, FIDEM Charity Foundation u d-Dar Tal-Providenza. Dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu għajnuniet varji, minn appoġġ għall-persuni b’diżabilità u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, servizzi ta’ ikel għal dawk li ma jistgħux jitimgħu lill-familthom, u kollha ntagħżlu biex ikunu megħjuna jkomplu l-ħidma sfiqa tagħhom.

Il-produzzjoni tal-festival kienet ikkoordinata mill-organizzaturi ta’ X-Factor Malta (Mint Media), Jagged House u Malta Together. Diversi prestazzjonijiet minn ħafna mill-aqwa artisti Maltin ixxandru waqt il-festival, bejn messaġġi li jqawwu l-qlub minn Dr Lydia Abela, ħaddiema lokali tal-kura tas-saħħa, organizzazzjonijiet volontarji u frontliners oħra, kif koll minn David Beckham, Gary Neville u Jamie Carragher.

Dan il-festival kien biss il-bidu għal Malta Together u dak li din l-inizjattiviatixtieq tilħaq. Malta Together hija sit tal-komunità maħluq biex tgħin persuni f’Malta jgħixu ħajja aħjar waqt il-pandemija tal-COVID-19, b’aċċess għal appoġġ, attivitajiet, intratteniment u servizzi utli għall-individwi, familji u negozji. Malta Together għandha l-għan li tikber bħala pjattaforma fejn kumpaniji, organizzazzjonijiet, individwi u l-komunità jistgħu jgħinu lil xulxin u jagħmlu differenza f’pajjiżna. Malta Together għandha l-għan li tgħaqqad flimkien lil dawk li għandhom bżonn għajnuna ma’ min lest joffri li jgħin, u li sservi ta’ katalista fil-komunità biex il-persuni jibqgħu attivi u mogħtija intratteniment.

Jekk tixtieq li tappoġġja waħda mill-organizzazzjonijiet volontarji jew tkun parti minn Malta Together, żur il-websajt https://www.maltatogether.com/donatenow jew agħmel kuntatt fuq action@maltatogether.com.  

Dwar Malta Together

Malta Together hija pjattaforma komunitarja maħluqa biex tgħin persuni f’Malta jgħixu ħajja aħjar waqt il-pandemija tal-COVID-19, billi tipprovdilhom aċċess għall-appoġġ, attivitajiet, intratteniment u servizzi utli għall-individwi, familji u negozji.

Permezz tal-websajt Malta Together titfa’ d-dawl fuq l-NGOs u l-inizjattivi differenti li nħolqu biex tingħata għajnuna lin-nies f’dan iż-żmien diffiċli, fosthom food banks, helplines, u dawk li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza. Dan jippermetti biex dawk il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna jistgħu jaċċessawha aktar faċilment, filwaqt li hija utli wkoll bħala pjattforma għal dawk li jixtiequ jgħinu u ma jafux kif.

Permezz tat-taqsima tal-attivitajiet u intratteniment. Malta Together għandha l-għan li żżomm il-pubbliku okkupat, attiv u intrattenut b’aċċess għall-klassijiet, attivitajiet, avvenimenti u workouts fuq l-Internet, li jgħinu biex iżommu ‘l bogħod minn dwejjaq u frustrament. Il-websajt tipprovdi wkoll gwida utli għal servizzi li huma disponibbli, minn twassil ta’ xirjiet, prodotti tal-animali u prodotti oħra, għal servizzi ta’ manutenjoni, servizzi elettroniċi tan-negozju u servizzi mediċi.

Malta Together hija inizjattiva mhux għal profitt imwaqqfa minn Inspirasia Foundation.