€300,000 fondi għall-NGOs

DOI - Jason Borg

Read in English.

3 organizzazzjonijiet volontarji ffirmaw ftehim sabiex jirċievu total ta’ €35,000 kull wieħed mill-Fond ta’ Kofinanzjament għall-Għaqdiet Volontarji.

Dan wara li dawn l-organizzazzjonijiet applikaw b’suċċess jew temmew proġetti f’oqsma differenti b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.

Kien hemm ukoll 4 proġetti oħra li ntemmew b’suċċess, u għalhekk 2 għaqdiet oħra rċevew l-aħħar parti tas-somma li tammonta għal €28,941.

B’kollox, il-5 għaqdiet, li huma KOPIN Kooperazzjoni Internazzjonali Malta, Fondazzjoni Wirt Artna, Birkirkara Badminton Club, BirdLife Malta u l-Malta Regional Development and Dialogue Foundation, irċevew total ta’ €304,243 għal 7 proġetti differenti.

Dan il-fond ta’ kofinanzjament jammonta għal €150,000 fis-sena u jippermetti l-finanzjament ta’ mill-inqas 20 proġett kull sena. Il-fond qiegħed fuq sejħa kontinwa, għalhekk il-benefiċjarji jistgħu japplikaw matul is-sena għall-finanzjament.