€3,000 multa għal min jorganizza attività li fiha tinkiser id-distanza soċjali

tieg

Read in English.

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru.

Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat mill-Gvern fejn intqal li kull  avveniment  pubbliku  tal-massa  organizzat  għandu jaderixxi mar-rekwiżiti li ġejjin:

Il-kapaċità massima ta’ dawk li jattendu ma għandiex teċċedi persuna waħda għal kull erba’metri kwadri fl- ispazju fejn avveniment pubbliku tal-massa organizzat ikun se jiġi organizzat.

Dawk li jattendu jistgħu jinġabru fi gruppi ta’ mhux aktar  minn  10  persuni,  b’żewġ  metri  distanza li għandha tinżamm bejn grupp ta’ 10 persuni u ieħor.

Kwalunkwe  avveniment  pubbliku  tal-massa organizzat  li  jaqbeż  il-kapaċità  ta’  100 persuna  li  tattendi, għandha tiġi sottomessa formula preskritta ta’ analiżi tar-riskju mill- organizzatur tal-avveniment mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u dak l-avveniment għandu jkun organizzat biss wara l-approvazzjoni tal-formula tal-analiżi tar-riskju mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

Kull organizzatur ta’ avveniment li jonqos milli josserva d- dispożizzjonijiet ta’ dawn  ir-regolamenti jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab ħati, penali ta’ 3,000 għal kull darba mill-okkażjonijiet li l-organizzatur  tal-avveniment jikser dawn ir-regolamenti.