€3,000 kuljum għal kull vapur tal-Captain Morgan

captain-morgan-sliema
Miguela Xuereb

Id-deċiżjoni kontroversjali tal-Gvern li jikri vapuri tat-turisti tal-Captain Morgan biex jakkomoda fihom immigranti irregolari f’ibħra territorjali internazzjonali mingħajr ma  joffrilhom ażil, tiswa €3,000 kull ġurnata għal kull bastiment.

Din iċ-ċifra ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

Huwa stqarr li 57 immigrant li ġew lokalizzati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija ilhom jinżammu fuq il-vapur Europa II, mat-13 ‘il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta Maltija sa mill-aħħar ta’ April.

Ma’ dawn ingħaqdu 105 immigranti oħra li ġew trasferiti fuq vapur ieħor tal-Captain Morgan erbat ijiem ilu.

Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li staqsa lill-Ministru Camilleri kemm ħallset flus il-Forzi Armati ta’ Malta jew il-Ministeru tiegħu għall-użu ta’ bastimenti tal-Captain Morgan.

Even if you believe in hard, impermeable borders and think that the refugee convention should be thrown out of the…

Posted by Matthew Caruana Galizia on Monday, May 11, 2020

Il-Ministru informa lill-Parlament li l-kirja ta’ bastiment tal-Captain Morgan hi ta’ €3,000 kuljum.