€300 multa għal mod kif akkwistaw lil-Griezmann Barcelona

Barcelona weħlu multa ta’ €300 wara l-mod ta’ kif resqu lejn Antoine Griezmann waqt li kien għand ir-rivali tagħhom Atletico Madrid. Huma ħallsu €120 miljun biex ikun jista’ jiċċaqlaq minn ma’ Atletico Madrid fl-ewwel ta’ Lulju. 

Iżda l-federazzjoni Spanjola qalet li Barcelona kisru r-regoli billi nnegozjaw ma’ Griezmann mingħajr ma ħadu permess minn Atletico. Atletico qalu wkoll li biex jingħata l-permess jiċċaqlaq minn mat-tim, kellhom jitħallsu €200 miljun.

Fi stqarrija l-federazzjoni Spanjola qalet li konxja biżżejjed li l-multa li nħarġet mingħandhom mhux se tħalli impatt la fuq il-klabb u lanqas fuq klabbs oħra li jitħajru jagħmlu l-istess biex jiksbu xi plejer. Iżda qalet li ma kienx hemm raġuni valida biex tingħata multa aktar ħarxa minn hekk.