€300 għal kull tarbija tat-twelid

Pexels.com / Rene Asmussen

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li mis-sena d-dieħla l-Gvern se jibda jagħti bonus ta’ €300 għal kull tarbija tat-twelid jew wild addottat. B’kollox stmati li se jibbenefikaw 4,000 persuna.

Lir-romol:  Żieda ta’ €10 fil-ġimgħa fl-għotja tar-romol li għandhom tfal ta’ 18-il sena jew inqas.

Negozji tal-familja:  Għal sena oħra, tnaqqis fit-taxxa tal-boll meta negozju tal-familja jiġi trasferit lil ulied. 1.5% minflok 5%.

Għotjiet Mard/Diżabilità:  

·       Il-pensjoni tad-diżabilità għal dawk b’diżabilità severa se tkun ekwivalenti għal minimum wage nazzjonali. Żieda minn €150 għal €161.40 fil-ġimgħa. B’kollox se jibbenefikaw 650 persuna.

·       L-għotja għal tagħmir speċjali se tiżdied għal €1,000.

·       Persuni li qed jirċievu kura għall-kanċer jingħataw il-benefiċċju tal-mard sa mill-ewwel ġurnata.

·       Helpline għall-persuni b’diżabilità u l-qraba tagħhom

·       Għajnuna għal persuni li jbatu mill-Fibromyalgia u ME