€30 miljun fis-sena spiża għat-trasport b’xejn lejn l-iskejjel

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi qal li l-iskema ta’ trasport b’xejn li qed tgħin madwar 27,800 ġiet tiswa student €30,060,134.86. Dan abbażi tas-sena skolastika li għaddiet.

Hu kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

It-trasport b’xejn qed jiġi offrut mill-iskejjel kollha, kemm tal-istat kif ukoll dawk privati u tal-knisja.

Għal mistoqsija oħra tal-istess deputat, Bonnici qal li fuq l-istess perjodu, l-ispiża taċ-childcare b’xejn lit-tfal swiet €26.45 miljun.