“€10 miljun għal Paceville” – Konrad Mizzi

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega li total ta’ €10 miljun se jiġu allokati għall-programm ta’ tisbieħ għal Paceville li qed jiġi żviluppat.

Dan intqal waqt li ġie ppreċentat il-programm ta’ tisbieħ għal Paceville. Il-preżentazzjoni kienet segwita minn sessjoni ta’ konsultazzjoni, l-ewwel waħda minn sensiela ta’ sessjonijiet.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Mizzi sostna li r-realtà hija li t-turiżmu f’Malta dejjem qed jikber, iżda l-infrastruttura tal-pajjiż għadha lura u għandha bżonn li tisbieħ u tikber. Spjega li Malta taspira li tkun id-destinazzjoni fuq fomm kulħadd fil-Mediterran. Spjega li d-deċiżjoni ttieħdet li t-tisbieħ jibda minn Paceville.

“Paceville u 7 żoni oħra se jgħaddu minn tisbieħ” – MHRA

Tony Zahra, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) qal li t-tisbiħ ta’ Paceville huwa biss żona waħda minn tmienja li se jgħaddu minn tisbiħ fiż-żmien li ġej.

Zahra sostna li sentejn ilu kien tnieda l-Master Plan ta’ Paceville u l-MHRA kienet faħħret il-fatt li kien hemm pjan. Sostna li din ġabet tibdil fil-kultura lokali, hekk kif ġie mfassal pjan. Qal li minkejja li kien hemm ineżattezzi fil-pjan, il-fatt li kien hemm pjan kien diġà xi ħaġa pożittiva. Spjega li llum qed jimxu minn pjan kbir għad-dettalji tal-pjan. Sostna li ried jitlaqa’ mall-persuni li qiegħdin jaħdmu f’din iż-żona sabiex jisimgħu u jaraw l-opinjoni tagħhom.

“Tibdil fid-disinn tal-art fit-toroq joħloq rispett akbar lejn persuni miexja fit-triq”

Il-Professur Peter Sharrat minn WSP-Strategy Advisory ppreżenta l-proġett inniffsu. Waħda mill-ideat li qed wrew lill-persuni preżenti minn xogħol li għamlu fil-passat kienet li l-art tiġi miksija b’madum iddisinjat sabiex b’mod indirett iġiegħel lis-sewwieqa joqgħodu aktar attenti għall-persuni li jkunu miexja fit-toroq.

Sostna li l-fatt li hemm tkabbir konsiderevoli fl-industrija tat-turiżmu, proġett bħal dan huwa importanti. Sharrat insista li l-esperjenza ta’ turist f’pajjiż hija kruċjali u rrimark ali dan il-proġett huwa bidu għat-trasformazzjoni u l-kwalità tat-turiżmu fil-pajjiż.

Spjega li m’għandhomx idea finali ta’ kif għandu jidher il-proġett iżda qabel ma joħroġ disinn, qed jiltaqgħu mal-persuni kollha li se jiġu affettwati u jaraw flimkien magħhom x’l-aħjar isir għat-tisbieħ taż-żona.

“36% tal-lukandi ta’ ħames stilel jinsabu f’San Ġiljan” 

Raphael Aloisio, minn Deloitte, sostna li dan il-proġett se jkun kontributur importanti għall-industrija tat-turiżmu. Fil-preżentazzjoni tiegħu spjega kif 36% tal-lukandi ta’ ħames stilel jinsabu f’San Ġiljan. Irrimarka li propju kwart tat-turisti li jiġu Malta jfittxu lukanda f’din iż-żona, bit-turisti jkunu tat-tip li għandhom ħafna flus.

Min-naħa l-oħra, ż-żona ta’ San Ġiljan kibret b’mod baxx ħafna hekk kif żdiedet biss bi 2% fuq is-sena ta’ qabel. L-ikbar żieda ġiet irreġistrata fir-ristoranti tal-Belt Valletta fejn kien hemm żieda ta’ tkabbir ekonomiku ta’ 9%.