€3 miljun għal binja residenzjali fl-Imtarfa

DOI Reuben Piscopo

Bħalissa qed isiru bosta xogħolijiet fuq Binja Buqana ġewwa l-Imtarfa, dan wara li nstabu xi problemi strutturali minn kumpanija barranija. Dan ħabbru is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes. Hu qal li dan ix-xogħol jammonta għal madwar €3 miljun u minnu se jkunu qed igawdu 80 familja.

Galdes qal li diġà saru xogħolijiet fil-garaxxijiet u fl-infurzar tas-soqfa u l-ħitan. Fiż-żmien li ġej, mistenni li jitneħħa l-konkos li ddgħajjef kif ukol se tiġi mibdula l-art tal-komun fil-garaxxijiet. L-art kollha tal-komun mistennija li tiġi maqlugħa u se jsirilha l-membrane.

Din il-binja kienet mibnija f’nofs id-disgħinijiet u nbiegħet taħt skema ta’ bejgħ issussidjat.