€244 miljun mill-UE f’self għal Malta minħabba l-pandemija

REUTERS/File Photo

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropeja ipproponiet lill-Kunsill biex Malta tingħata €244 miljun bħala parti mill-programm SURE, il-programm li permezz tiegħu, l-iStati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ self mogħti b’termini favorevoli. 

Dan is-self hu maħsub li jassisti lill-Istati Membri huma u jindirizzaw żidiet f’daqqa fin-nefqa pubblika biex jiġi ppreservat l-impjieg. 

B’mod speċifiku, is-self se jgħin lill-Istati Membri ikopru l-ispejjeż direttament relatati mal-finanzjament ta’ skemi nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, u miżuri simili oħra li jkunu stabbilew bħala reazzjoni għall-pandemija tal-coronavirus, b’mod partikolari għal dawk li jaħdmu għal rashom.

Wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri li talbu appoġġ, u wara li vvalutat it-talbiet tagħhom, il-Kummissjoni Ewropeja lill-Kunsill biex japprova l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lill-15-il pajjiż. L-ikbar talba approvata kienet dik tal-Italja. Fil-fatt l-Italja mistennija tingħata €27.4 biljun. Spanja ser tingħata €21.3 biljun, il-Polonja €11.2 biljun u l-Belġju €7.8 biljun. 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropeja Ursula von der Leyen qalet li dak tal-lum jimmarka pass importanti biex jikkonerma l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex “nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nippreservaw l-impjiegi u l-mezzi bażiċi tal-għajxien.”  

Il-Kummissjoni qed tipproponi li tipprovdi € 81.4 biljun taħt l-istrument SURE biex tgħin fil-protezzjoni tal-impjiegi u l-ħaddiema milquta mill-pandemija tal-coronavirus madwar l-UE. SURE huwa simbolu ċar ta’ solidarjetà meta qegħdin wiċċ imb wiċċ ma’ kriżi bla preċedent. L-Ewropa hija impenjata li tħares liċ-ċittadini, saħqed Von Der Leyen