€235,000 għal tidal lane li ma baqgħetx taħdem

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li s-sistema tat-tidal lane bollards ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata swiet €234,779.

Fil-Parlament, il-Ministru Borg qal li l-kuntratt ingħata lil Q Free Traffiko permezz ta’ ġbir tal-kwotazzjonijiet u direct order f’Novembru 2015.

Is-sistema ġiet ikkumissjonata f’Ġunju tal-2016. Madanakollu s-sistema ta` Bollards m’għadiex tintuża wara li ġiet ikkawżata ħsara fis-Sajf li għadda.

Bħalissa, is-sistema tat-tidal lane qed tinqaleb manwalment mill-ħaddiema ta’ Transport Malta.