€20,000 f’24 siegħa biex jisfidaw il-proġett tas-Central Link

14-il għaqda ġabru €20,000 f’inqas minn 24 siegħa biex jisfidaw il-proġett infrastrutturali tas-Central Link. Fi stqarrija, l-għaqdiet flimkien mar-residenti ta’ Ħ’Attard qalu li permezz ta’ dawn il-flus, ir-residenti u ċ-ċittadini wrew li l-oppożizzjoni għall-proġett hija ikbar minn dak li stenna l-Gvern, speċjalment mir-residenti taż-żona affettwata.

Qalu li d-donazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu u se jiddiskutu l-passi li jmiss mat-tim legali tagħhom.

L-għaqdiet huma: Bicycle Advocacy Group, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Futur Ambjent Wieħed, Għaqda Bdiewa Attivi, Għaqda Siġar Maltin, Isles of the Left Malta, Youth in Agriculture Foundation, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Association, The Archaeological Society Malta.