€2.3 miljun multa għal servizz tal-gaming mhux awtorizzat

Read in English.

Blackrock Media Limited qalgħu multa ta’ €2.34 miljun talli offrew servizz tal-gaming permezz ta’ entità legali f’Malta mingħajr ma kellhom l-awtorizzazzjoni neċessarja, skont ma qalet l-Awtorità Maltija għall-Gaming (MGA).

Fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità, ingħad li l-investigazzjonijiet tagħha u tal-Pulizija sabu li l-kumpanija kienet qed tipproċessa pagamenti lill-plejers u mingħandhom bħala parti minn dan is-servizz tal-gaming mhux awtorizzat.  

Il-multa tħallset bi ftehim mal-Awtorità.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri qal li din il-multa kienet l-ogħla li qatt tat l-Awtorità. Fi stqarrija spjega li l-multa turi l-kredibbiltà u s-serjetà li l-Awtorità taħdem biha biex tissalvagwardja r-reputazzjoni ta’ Malta f’dan il-qasam.