€1m ikkonfiskati mid-Dwana f’10 xhur

Id-Dwana kkonfiskat aktar minn €1 miljun fil-ħidma tagħha kontra l-ħasil tal-flus f’temp ta’ 10 xhur.

It-tim li jispeċjalizza f’dan il-qasam ilu jaħdem minn Novembru u jikkonsisti f’disa’ membri.

Il-biċċa l-kbira tal-flus ikkonfiskati kienu flus kontanti mhux iddikjarati li nstabu moħbija fuq il-passiġġieri jew fil-bagalji tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew fil-portijiet.

B’kollox, minn NOvembru li għadda, din is-sezzjoni kellha 48 każ, li rriżulta fl-ikkonfiskar ta’ €1,052,436.

Aqra: Il-klieb tad-dwana jaqbdu €270,000 mhux iddikjarati