€18,320 għal Dar Bjorn minn donazzjonijiet waqt kunċert

Inġabret is-somma ta’ €18,320 minn donazzjonijiet li daħlu mill-kunċert li kien organizzat mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq. Din is-somma se tkun qed tmur kollha għal Dar Bjorn u l-proġett il-ġdid tiegħu li jikkonsisti f’dar ikbar għan-nies kollha li jbatu mill-marda tal-ALS.

F’dan il-kunċert ħadu sehem Vinyl Paradise, Airport Impressions, DJ Pierre Cordina u l-grupp barrani Break Free, tribute band tal-grupp leġġendarju Queen. L-Għaqda Mużikali San Ġużepp u l-volontiera kollha wegħdu li bħalma għamlu biex għenu fill-proġetti ta’ Bjorn Formosa, se jkunu qed ikomplu jagġmlu ħilithom biex jagħtu l-għajnuna lil min hu fil-bżonn tul is-snin li ġejjin.

Ħidmet l-Għaqda Mużikali San Gużepp se ddur fuq l-organiżżazzjoni tal-festa, fejn din is-sena qiegħed jiġi ċċelebrat il-100 Anniversarju mit-twaqqif tal-kamra tan-Nar San Gużepp ta’ Ħal Għaxaq.