€18,000 għar-radjoterapija ta’ persuna barra minn Malta

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li kienet biss pazjenta waħda li marret għall-kura barra minn Malta minħabba dewmien fil-kura għar-radjuterapija bl-ispiża taqbeż bi ftit is-somma ta’ €18,000. Dan id-dewmien, skont id-Deputat Prim Ministru kien kaġun tar-riallokazzjoni tad-dipartiment tal-onkoloġija għall-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Hu kien mistoqsi dan mill-membru parlamentari fl-oppożizzjoni Maria Deguara meta fil-kamra tar-rappreżentanti saqsiet lill-Ministru kemm kien hemm pazjenti li marru minn rajhom jieħdu kura jew jagħmlu operazzjoni f’pajjiżi Ewropej. Hija saqsiet x’kienet ir-raġuni għal dan u kemm kienet l-ispiża għall-Gvern.