Il-Gvern nefaq €12,400 għal għamara ġdida f’Kastilja fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista bejn Marzu 2013 u Marzu 2014.
Il-Prim Ministru qal li n-nefqa kollha kienet ta’ €12,397.99 VAT inkluża. Huwa ta din iċ-ċifra f’risposta lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għall-mistoqsija li saret tul dan is-sajf.
Mistoqsi dwar x’kienet l-għamra li nxtrat, il-Prim Ministru qal li kienet “għamara diversa f’diversi partijiet tal-Berġa ta’ Kastilja” li sservi bħala l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.