€120,000 f’kumpens lill-għalliema li ġew aggrediti mill-istudenti

Fl-Iskozja, tliet għalliema ngħataw aktar minn €120,000 f’kumpens bejniethom wara li ġew aggrediti mit-tfal.

Skont l-akbar unjin tal-għalliema fl-Iskozja waħda mill-għalliema ngħatat €64,000 wara li sofriet ġrieħi serji. Il-Gvern Skoċċiż qal li ħejja diversi programmi sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

L-Istitut tal-edukazzjoni fl-Iskozja s-sena l-oħra ta aktar minn €340,000 lill-ħaddiema wara li jkunu weġġgħu fuq il-post tax-xogħol.

Bejniethom it-tliet għalliema ngħataw €123,000 f’kumpens wara li ġew aggrediti mill-istudenti. Għalliema minnhom ingħatat €64,000 wara li student beda jgħajjat f’wiċċha u attakkaha. Kawża ta’ dan hija sofriet minn ġrieħi serji. Għalliema oħra ngħatat €35,000 wara argument li kellha ma’ student u dan ikkaġunalha dwejjaq u ansjetà. It-tielet għalliema spiċċat f’concussion wara li ġiet attakkata minn student. Hija ngħatat €23,447 f’kumpens.