€1,200 multa għal raġel dwar moħqrija fuq annimal

Read in English.

Raġel instab ħati ta’ moħqrija fuq annimal u b’hekk weħel multa ta’ €1,200.

Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Neville Abela nstab ħati li kkawża sofferenza mingħajr bżonn fuq annimal u li abbanduna annimal li kien responsabbli għalih.

Il-każ kien seħħ fis-17 ta’ Mejju tal-2018.

Ir-raġel għall-ewwel kien wieġeb mhux ħati tal-akkużi, iżda mbagħad fit-22 ta’ Jannar ta’ din is-sena ddeċieda li jwieġeb ħati. Il-Qorti b’hekk, ma kellhiex għażla oħra ħlief li tiddikjara lir-raġel ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.