€10,200 fuq gazzetti fil-Ministeru t’Għawdex

Is-sena l-oħra l-ispiża totali fuq gazzetti fil-varji dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt il-Ministeru t’Għawdex kienet ta’ €10,270.

Dan ħareġ minn tweġiba parlamentari li tat il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, wara mistoqsija li tressqet mid-deputat Nazzjonalista Chris Said.

Jirriżulta li fl-2017, l-akbar spiża fuq gazzetti ta’ kuljum u kull nhar ta’ Ħadd, kienet dik tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru t’Għawdex bl-ispiża tlaħħaq l-€1,932.

Eżatt warajh jiġi d-Direttorat Ġenerali tal-Operat bi spiża ta’ €1,850.

Il-prezzijiet ikkwotati fil-Parlament jeskludu l-ħlas tal-VAT.