€100,000 f’direct orders lil Schembri, Zammit Lewis u Lia

Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis, l-Eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri kif ukoll l-avukat privat tal-Prim Ministru Pawlu Lia ngħataw direct orders minn Identity Malta, u li flimkien jammontaw għal ftit inqas minn €100,000.

It-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija tat direct order  ta’ €49,875 lil Deborah Schembri. L-Eks Ministru għat-Turiżmu rċieva €29,200 għal xogħol ta’ konsulenza għar-riforma ta’ Identity Malta.

Id-ditta tal-avukati Lia & Sciberras li qed jiddefendu lill-Prim Ministru bħala ċittadin privat fl-allegazzjonijiet tal-kumpanija Egrant, ingħataw €18,240.

L-Aġenzija Identity Malta taqa’ taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru nnifsu. Dawn id-dettalji ħarġu fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.