Aġġornata: Tinstab Bella l-kelba li ntilfet ilbieraħ

Bella l-kelba li ntilfet aktar kmieni lbieraħ instabet u reġgħet qiegħda mal-familja tagħha. Il-mara li tilfet il-kelba tagħha kienet qed toffri premju ta’ €1,000 għall-persuna li ssibha u tirritornaha.

Permezz ta’ post fuq Facebook il-mara kienet spjegat li l-kelba ħarbet mid-dar tagħha fil-Fgura kmieni lbieraħ filgħodu u appellat lil kull min jista’, speċjalment dawk li jgħixu fil-Fgura, Ħal Tarxien u Paola sabiex iżommu għajnejhom miftuħin jekk jaraw lill-kelba tar-razza taċ-chihuahua bil-pil twil.