€1,000 fil-ġimgħa għal Zammit Lewis minn Identity Malta

Il-Membru Parlamentari Edward Zammit Lewis ġie ngaġġat minn Identity Malta b’direct order mogħti lilu għal konsulenza li tagħha qed jieħu sa €1,000 fil-ġimgħa.

Il-kuntratt ġie ppubblikat mill-Prim Ministru fil-Parlament fuq talba tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil.

Il-kuntratt jistipula li d-deputat Laburista jista’ jagħmel arranġamenti oħra ma’ Identity Malta skont il-ħtieġa.